Monday, May 13, 2024

“Kull individwu se jkun mitlub jiffirma għall-vouchers li se jibdew jitqassmu dalwaqt”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri ħabbar li l-vawċers tal-€100 lil kull persuna li għandha 16-il sena se jasal fid-djar fil-jiem li ġejjin.

Il-vawċers qed jintbagħtu bil-posta reġistrata biex ikun assigurat li kulħadd jirċevihom b’erbgħa mill-vawċers, ta’ €20 kull wieħed, se jkunu jistgħu jintefqu f’lukandi, guesthouses u restoranti waqt li l-ieħor ukoll ta’ €20 se jkun jista’ jintuża fi ħwienet oħra bħal tal-ħwejjeġ, xagħar, dwiefer u tattoos.

Waqt li kien qed jagħti d-dettalji tal-għajnuna li l-Gvern se jkun qed joffri permezz tal-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika, Schembri semma li waqt li l-ekononomija kienet f’sitwazzjoni ta’ ‘pause’ issa hemm bżonn indawwru r-rota ekonomika biex tirpilja.

Huwa sostna li kieku l-pajjiż mar għal ‘lockdown’ totali l-ekonomija kienet tmut u kien ikun diffiċli biex tqajjimha waqt li semma kif il-pajjiż għandu Prim Ministru kalm u b’rasu fuq għonqu.

Schembri irrimarka wkoll kif waqt li fi żmien ir-riċessjoni ta’ snin ilu l-qgħad kien ta’ madwar 8,000, f’din il-pandemija Malta ġiet affettwata bin-nofs u l-Gvern se jaħdem biex anke dan in-numru jnaqqsu.

Huwa żied li issa l-mument li ninċentivaw l-ekonomija biex il-poplu jerġa’ jikseb il-kunfidenza u jkompli bil-ħajja normali fejn in-nies jaħdmu, joħorġu jieklu u jagħmlu l-kapriċċi u b’hekk jgħixu u mhux jeżistu.

Sport