Sunday, December 22, 2024

“Kull meta taraha lil Nicolette dejjem kienet tkun bid-daħka fuq fommha”

- Bosta jselllmu l-memorja ta' Nicolette Ghirxi

Aqra wkoll

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, ġriet l-aħbar li seħħ it-tielet delitt tas-sena ġewwa s-Swatar, liema sewa l-ħajja ta’ Nicolette Ghirxi li kellha 41 sena.

Kienu bosta dawk li fuq is-sit soċjali ta’ Facebook kitbu messaġġi ta kondoljanzi, b’bosta oħrajn ifakkru u jsellmu l-memorja ta’ Nicolette. F’messaġġ partikoari, ħabiba tagħha kitbet kif għaliha Nicolette kienet qisha familja għaliha u li l-vojt li ħalliet warajha ma’ jista’ jimtela qatt.

Fl-istess messaġġ il-ħabiba tal-vittma, Giselle Baldacchino ddiskreviet lil vittma, bħala persuna dejjem bid-daħka fuq fommha, u li l-memorji li għandhom flimkien mhu se jintesew qatt.

“Ser nassiguraw li huma wkoll jkollhom kull assistenza”- Il-Ministru Byron Camilleri b’referenza għall-Pulizija

“Sogħba kbira għall-mewt ta’ Nicolette Ghirxi, nagħti l-kondoljanzi lill-qraba u lil dawk kollha li jafuha. Il-ħidma tal-Pulizija qatt ma tkun faċli u lejl diffiċli bħal dak li għadda żgur li ħadd ma jkun jixtiequ. L-ewwel il-qtil f’Birkirkara, imbagħad it-tfittxija għall-aggressur, f’ċirkostanzi mhux faċli u li kienu kostretti jisparaw u l-allegat aggressur inqatel”

Qal dan f’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u x-Xogħol Byron Camilleri, fejn qal li d-dettalji marbuta mal-każ diġà ġew spjegati fid-dettall.

Huwa rringrazzja lill-Pulizija tal-ħidma li wettqu u huma wkoll għexu dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli. Qal li se jiġi assigurat li dawn il-Pulizija jingħataw kull assistenza meħtieġa.

Ekonomija

Sport