Sunday, December 22, 2024

Kull stazzjon tal-Protezzjoni Ċivili madwar Malta u Għawdex ser ikollu ‘Chief Assistance and Rescue Officer’ tiegħu

Aqra wkoll

Għadu kif ġie mħabbar li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Dr. Byron Camilleri ħatar sitt ‘Chief Assistance and Rescue Officers’ ġodda fi ħdan id-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili.

“Dan huwa parti mill-pjan li permezz tiegħu qed ikompli jissaħħaħ dan id-Dipartiment li jgħaqdi l-bżonnijiet tal-Poplu Malti u Għawdxi”, qal il-Ministru Camilleri.

Permezz ta’ dawn il-ħatriet, kull stazzjon tal-Protezzjoni Ċivili madwar Malta u Għawdex ser ikollu ‘Chief Assistance and Rescue Officer’ tiegħu.

Preżenti għall-ħatra kien hemm id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, is-Sur Peter Paul Coleiro flimkien mas-Segretarju Permanenti tal-istess Ministeru, is-Sur Emmanuel Psaila.

Ekonomija

Sport