Saturday, December 21, 2024

Kull tfittxija għal bomba jew splussiv f’Tas-Sliema rriżultat fin-negattiv

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-7.00pm meta l-ħaddiema u l-klijenti tħallew mill-ġdid jidħlu fil-kumpless kummerċjali f’Tas-Sliema wara ħidma intensiva mit-tim tal-Explosive Ordinance Department fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta.

F’ħidma kkordinata, ġie żgurat li ma hemm l-ebda periklu għal pubbliku minħabba li kull tfittxija għal bomba jew splussiv irriżultat fin-negattiv.

Aktar kmieni: Kumpless tax-xiri f’Tas-Sliema evakwat wara rapport ta’ bomba jew splussiv

Kien għall-ħabta tal-4.00pm meta l-Pulizija rċivew telefonata li f’kumpless tax-xiri f’Tas-Sliema kien hemm bomba jew splussiv.

B’mod immedjat marru numru ta’ pulizija fuq il-post fejn bdew evekwazzjoni tal-persuni li kienu fil-kumpless.

Ritratti: Jason Giardina

Jidher li fil-ħin li ġej se jmorru fuq il-post ukoll Membri tal-Forzi Armati biex jiżguraw li l-post hu sigur.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport