Friday, July 17, 2026
Home Sport Inter se jneħħu żewġ midfielders

Inter se jneħħu żewġ midfielders

0
216

Inter se jkunu qed ineħħu żewġ midfielders hekk kif il-plejer ta’ 21 sena Lucien Agoume u dak ta’ 26 sena Stefano Sensi jinsabu barra mill-pjanijiet tal-kowċ Simone Inzaghi.

Agoume jinsab pass bogħod milli jingħaqad f’La Liga Spanjola ma’ Seville filwaqt li Sensi għad irid jara ma’ min se jmur. Dan tal-aħħar irid jilgħab iktar hekk kif s’issa qatt ma beda sa mill-bidu man-Nerazzurri.