Saturday, October 26, 2024

Kumpens akbar għal ħaddiema li appellat għal sentenza tat-Tribunal 

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell biddlet sentenza tat-Tribunal Industrijali fil-konfront ta’ Mireille Gheiti u tellgħet il-kumpens lilha minn €6000 għal €28,000. F’dan il-każ, li kien jinvolvi s-sensja ta’ żewġ imġjegati, irriżulta li t-Tribunal fid-deċiżjoni tiegħu ma kkunsidrax is-snin li l-impjegata Gheiti kienet ilha fl-impjieg mal-kumpanija Actavis Ltd..

Dan il-każ kien jinvolvi li Gheiti kienet ilha impjegata 16-il sena mal-kumpanija filwaqt li l-impjegata l-oħra,Sylvia Bartolo kienet ilha fl-impjieg mal-istess kumpanija għal ebna snin fid-data li huma rriżenjaw mill-impjieg tagħhom mal-kumpanija.

F’Novembru tal-2016, il-kumpanija kienet ħabbret li ser tnaqqas l-operat tagħha f’Malta billi kien naqsilha x-xogħol u minħabba f’hekk kienet se tadotta sistema ġdida ta’ xiftijiet u kienet ukoll se tagħti għadd ta’ sensji.

Fid-dawl ta’ dan, il-General Workers Union f’isem il-ħaddiema membri tagħha fil-kumpanija kienet ipproponiet lill-kumpanija toffri pakkett ta’ kumpens finanzjarju għal min ried volointarjmanet jirriżenja mill-impjieg  tagħhom. Dan billi numru ta’ ħaddiema wrew interess li jitilqu mill-impjieg minn jeddhom peress li ma setgħux jaħdmu skont l-iskema ta’ xiftijiet li ġiet proposta. Il-kumpanija kienet offriet pakkett ta’ kumpens ta’ ħames ġimgħat salarju għal kull sena servizz u ddikjarat li ma kinitx se tiċċaqlaq minn dik l-offerta.

Gheiti u Bartolo kienu fost dawk li volontarjmanet tefgħu r-riżenja tagħhom bil-ħsieb li kienu se jingħataw il-kumpens offrut kif propost mill-kumpanija iżda ġara li l-kumpanija aċċettat biss ir-riżenja tagħhom mingħajr ma tagħthom il-kumpens kif ħadu l-ħaddiema l-oħra u għaldaqstant il-kumpanija rrendiet ruħha ħatja ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.

Min-naħa tagħha l-kumpanija argumentat li Gheiti u Bartolo kienu fost l-impjegati bl-aktar seniority fil-grad ta’ operator u li bir-riżenja tagħhom dawn ma salvaw ebda ħaddiem fl-istess grad jew klassi u għalhekk ma ssodisfawx il-kundizzjonijet stabbiliti mill-kumpanija u ma kienux eliġibbli għal pakkett finanzjarju li hi kienet qed toffri.

Permezz tad-deċiżjoni mogħtija fis-27 ta’ Settembru, 2021, it-Tribunal iddeċieda li kien hemm diskriminazzjoni fil-konfront taż-żewġ impjegati Gheiti u Bartolo da parti tal-kumpanija Actavis Limited, u għalhekk iddeċieda li s-soċjetà intimata għandha tħallas is-somma ta’ €6,000 bħala kumpens lil kull waħda minnhom wara li kkonsidra li mhux biss kien hemm diskriminazzjoni lampanti iżda wkoll li l-Management ma jistax jivvinta kundizzjonijiet u jneħħi d-drittijiet ta’ oħrajn għax hekk jaħseb jew jiddetta illi jrid isalva xi ħaddiema oħra sabiex jieħdu l-pakkett finanzjarju.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal kien ordna lill-kumpanija Actavis Ltd. tħallas is-somma ta’ sitt elef ewro kull wieħed lil Gheiti u Bartolo.

Gheiti kienet appellat mis-sentenza tat-Tribunal għaliex fil-fehma tagħha t-Tribunal naqas milli jieħu kunsiderazzjoni tas-somma li kienet ser tkun intitolata għaliha skont it-termini tal-iskema tal-irtirar u għalhekk il-kumopens li hija kienet intitolata għalih kien jammonta għal madwar €28,000

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Qorti tal-Appell laqgħet it-talba ta’ Mireille Gheiti u għaldaqstant biddlet id-deċiżjoni tat-Tribunali u tellgħet il-kumpens dovut lil Gheiti minn €6000 għal €28,000.

Sport