Saturday, December 21, 2024

“Kun anġlu u raġġ ta’ dawl għal ħaddieħor…agħti d-demm”

Aqra wkoll

Il-kampanja tal-Milied “Kun anġlu u raġġ ta’ dawl għal ħaddieħor…agħti d-demm” qed tħalli l-frott mixtieq, fil-fatt diversi nies qed jingħaqdu fi gruppi u jersqu biex jagħtu d-demm flimkien. Fid-dawl ta’ din il-mewġa pożittiva, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jirrakkomanda biex il-gruppi interessati li jagħtu d-demm javżaw lis-Servizz bl-intenjoni tagħhom minn qabel. Dan hu essenzjali biex isir koordinament tajjeb u jiġi evitat iffullar. Is-Sevizz jappella wkoll biex fis-siti għall-għoti tad-demm jidħlu biss dawk il-persuni li jkunu ser jagħtu d-demm, u għaldaqstant id-donaturi huma ġentilment mitluba biex ma jġibux tfal magħhom, iżda għandhom iġibu biss nies b’intenzjoni qawwija li jagħtu d-demm.

 Sadanittant jekk tixtieq tara l-vidjo tal-messaġġ agħfas hawn, u jekk tixtieq tagħti d-demm ersaq:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 19 ta’ Diċembru mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem il-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.  
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm. 

Noti importanti:

  • dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti.
  • dawk li għamlu s-swab test, sew jekk ta’ rutina, sew jekk minħabba safar, huma mitluba biex jistennew sal-waqt li joħroġ riżultat COVID-19 Negative.
  • bħala linja gwida ġenerali, min jieħu l-ewwel doża, it-tieni doża jew il-booster tal-COVID-19 jrid iħalli 7 ijiem qabel jersaq biex jagħti d-demm. F’każ li fl-ewwel 48 siegħa wara t-tilqima wieħed ma jkollux deni jew sintomi ta’mard, dan jista’ jitħalla jagħti skont id-diskrezzjoni tat-tobba tas-Servizz. Dan jgħodd ukoll għal min jieħu t-tilqima tal-influenza staġjonali.
Ekonomija

Sport