Sunday, April 6, 2025

Kun b’saħħtek mingħajr skużi- Denise Cuschieri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Denise Cuschieri – atleta ewlenija f’pajjiżna. F’dan l-artiklu hi tirrakkontalna fid-dettall il-vjaġġ tagħha f’dan l-isport li tant tħobb, fosthom fil-Hyrox.

Wara li pparteċipajt f’numru ta’ maratoni kemm dawk nofs maratoni u anke żewġ maratoni sħaħ f’Pariġi u Londra). Londra kienet esperjenza tal-blieh, l-atmosfera u s-sapport ma tistax tiddeskrivihom bil-kliem. Ninsab kuntenta ħafna li kelli ċ-ċans li niġri madwar it toroq ta’ Londra għal din il-maratona leġġendarja li hija waħda mill-ikbar maratoni tad dinja.

Issa għaddejt ukoll għall-avvenimenti Hyrox.
Il-ġiri  se jibqa’ parti minni, imma nħoss li nista’ nagħmel aktar, u l-Hyrox huwa avveniment li dejjem iqanqallek u tixxennaq li ttejjeb – huwa tip ta’ vizzju!

Peressli issa għandi 49 sena, it-taħriġ ta’ saħħa huwa tassew importanti għall-għadam, il-qagħda tal-ġisem, l-uġigħ fid-dahar… eċċ. Wara dan il-ħin kollu ta’ ġiri, għandi xi problemi fl-irkoppa, peró, xejn ma jżommni lura.

Nipparteċipa fil-ġiri tal-10K, nofs maratoni u ġiri fit-trail.
Għalija, li nqum kuljum biex nitħarreġ huwa parti mill-ħajja tiegħi u jekk ma nagħmilx dan, insib ruħi nervuża tul il-ġurnata kollha.
It-taħriġ jagħtini dik il-vibe tajba kif ukoll sħabi fil-taħriġ huma familja tiegħi oħra – naħdmu flimkien u nimmotivaw lil xulxin.

Fl-2024 ikkompetejt f’’żewġ Hyrox Challenges oħra hawn Malta, flimkien mal-partner tiegħi Kelly.Bħala koppji ħadna sehem  biex niġbru fondi għall-Alive Foundation.

L-2024 wasslitni wkoll f’żewġ avvenimenti Hyrox barra minn Malta, fi Vjenna u Londra, fejn ipparteċipajt fil-kategorija tan-nisa singoli. Vibes fantastici li tara dawn il-pajjiżi differenti jikkonkorru fl-istess avveniment.

Li tikkompeti barra minn pajjiżek tgħinek tikber, tagħtik dik l-esperjenza internazzjonali, u tgħinek titgħallem minn oħrajn. Barra minn hekk dejjem irnexxieli ntejjeb il-ħin tiegħi f’kull avveniment li kelli parteċipazzjoni fih, u dan iwasslek biex tixtieq aktar, minn avveniment għal ieħor. Qisu bħal droga għalija.

L-avvenimenti li jmiss tiegħi din is-sena sal-lum, se jkunu ‘The Grid Box’ li hu avveniment ġdid għal Malta, ospitat mill-Grid, u jagħti ċans lil kulħadd li huwa ta’ kwalunkwe’ livell ta’ saħħa biex jikkonkorri, għax dan hu dak li hu kollu dwaru, li nippruvaw ikollna numru ikbar ta’ nies li jispiccaw li jsiru  fit b’modi differenti.

Mhux neċessarjament trid tkun professjonist biex tieħu sehem f’dawn l-isfidi peró kull età, kull livell ta’ saħħa – tista’ tagħmilha!

Li nkun qegħda niġri huwa dejjem parti mill-pjanijiet tiegħi, u mbagħad f’April li ġej, ser nerġa’ nieħu l-isfida tal-Warehouse Jungle Box Hyrox għal Alive Foundation, flimkien mat-training partner tiegħi Kelly. Hi dejjem timbuttani  biex nkun iktar b’saħħti u flimkien nagħmlu team qawwi hafna.


Għażilt li nkun f’saħħti u li nikseb ħin aħjar. Inħobb id-dixxiplina li titkellem fuq it-taħriġ, il-vibes pożittivi, l-enerġija li tikseb li tgħinek mhux biss fil-ġimgħa jew fl-avvenimenti, iżda tgħinek fil-kontinwazzjoni tal-ħajja tiegħek kull ġurnata, mentalment u fiżikament hi għan ta’ suċċess.
Insib  ħafna nies jgħiduli li jixtiequ jkunu bħali u kif iridu jibdew xi classes ta’ fitness jew jagħmlu ġiri.

Il-messaġġ tiegħi lilkom ilkoll.
Agħmlu dak li tixtiequ issa u tħallix għal għada għax jista’ jkun tard wisq. Tħarisx lejn l-oħrajn imma ħares lejn  innfsek biex dejjem issir aħjar.. Emmen fik innifsek.

Is-sena d-dieħla nagħlaq 50 sena … ħa naraw forsi nivvinta xi ħag’oħra!

Top of Form

Bottom of Form

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport