Thursday, September 24, 2026
Home Sport Scott McTominay jirritorna għal taħriġ ħafif wara operazzjoni f’qalbu

Scott McTominay jirritorna għal taħriġ ħafif wara operazzjoni f’qalbu

0
47

Napoli u l-coach Massimo Allegri bdew jirċievu aħbarijiet tajbin hekk kif qed jiffaċċjaw numru ta’ players imweġġgħin, iżda l-waqfa għall-partiti internazzjonali tista’ tagħti l-opportunità lil xi wħud minnhom biex jirkupraw. Fosthom hemm il-midfielder Skoċċiż, Scott McTominay, li reġa’ beda l-proċess ta’ rkupru wara operazzjoni li kellu fuq qalbu.

Napoli kkonfermaw din l-aħbar fir-rapport tat-taħriġ tal-ġurnata. Il-players komplew jitħarrġu waqt il-waqfa internazzjonali, b’sessjoni li kienet tinkludi l-fiżika fil-gym u eżerċizzji ta’ bidliet fid-direzzjoni fil-ground. McTominay irritorna fiċ-ċentru tat-taħriġ tal-club u wettaq sessjoni individwali fil-gym bħala parti mill-programm tiegħu ta’ rkupru.

Dan kien l-ewwel pass importanti għar-ritorn tiegħu, iżda l-ġranet li ġejjin se jkunu kruċjali. It-team mediku u dak fiżiku ta’ Napoli se jkunu qed jissorveljaw kif il-ġisem tal-player qed jirreaġixxi għall-eżerċizzji u, fuq kollox, kif qed jirkupra wara l-operazzjoni.

Għal din ir-raġuni, Napoli għadhom ma stabbilewxdata definittiva għar-ritorn tiegħu. Hemm tama li McTominay jista’ jkun disponibbli għall-partita tal-10 ta’ Ottubru kontra Frosinone wara l-waqfa internazzjonali, iżda bħalissa l-parteċipazzjoni tiegħu għadha mhix ċerta. 

Kollox jiddependi mill-progress tiegħu fit-taħriġ u minn meta jkun jista’ jerġa’ jibda jaħdem b’mod normali fil-ground.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here