Friday, November 8, 2024

Kunċert fl-okkażjoni tal-festi tal-Ġublew tal-fidda mit-twaqqif tal-Banda Paola

Aqra wkoll

Concentus in Honrem Regis Regum huwa kunċert Vokali u Strumentali li ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 15 ta Novembru, fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Paola, fis-7.30pm. Dan il-kunċert ser jittella’ fl-okkażjoni tal-festi tal-Ġublew tal-fidda mit-twaqqif tal-Banda Paola.

Waqt dan il-kunċert, il-Banda Paola ser tesegwixxi diversi siliet mill-isbaħ fosthom Innu lil Sidna Ġesu Kristu Re – Ray Sciberras, Ġiubileo D’Argento – Carlo Diacono, The Exodus Song – Ernest Gold, Ave Verum – Karl Jenkins, Agnus Dei –Ray Sciberras, fost diversi siltiet oħra.

Mal-Banda Paola ser jieħdu sehem, Jacob Portelli bħala arpista, Claire Caruana bħala sopran, Cherise Spiteri bħala kantanta, il-Bartinu Pawlist, Evan Vella u l-kor tal-Parroċċa ta’ Kristu Re.

Il-Banda Paola se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur  Mauro Spiteri.

Dan il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju distint tal-Eċċellenza tiegħu Mons.Savio Hon Tai-Fai SDB, Arċisqof Titulari ta’ Sila u Nunzju Appostoliku għal Malta.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi, u d-dħul huwa mingħajr ħlas.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport