Thursday, April 25, 2024

Kunċert mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija b’risq id-Dar tal-Providenza

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 2021, fis-7.30 p.m., il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se tkun qed itella’ kunċert waqt l-attività ta’ Christmas Under the Bridge li se ssir fi Triq il-Labour, il-Marsa.

Il-Banda tal-Korp se tkun qed idoqq mużika tal-Milied interpretata minn uħud mill-aqwa vuċijiet f’pajjiżna fosthom Kevin Borg, Dorothy Bezzina, Neville Refalo, Analise Mifsud, Mark Tonna, is-Sopran Ruth Sammut Casingena, il-Harmonic Ensemble Music & Voice Academy, kif ukoll il-Wallace Pipe Band.

Il-kunċert tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija, li se jsir b’risq id-Dar tal-Providenza, se jkun taħt it-tmexxija tal-Assistent Kummissarju Maestro Anthony Cassar.

Sport