Wednesday, April 24, 2024

Kunċert mill-pjanista Maltija Rachel Gauci

Aqra wkoll

Rachel Gauci ser ittella’ kunċert nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru. Il-programm jikkonsisti f’xogħlijiet ewlenin ta’ Brahms, Liszt u Janáček.

Gauci, reċentement iggradwat b’Master of Music in Piano Performance minn Royal
Conservatoire of Scotland li ġie kklassifikat bħala wieħed mill-aqwa istituzzjonijiet għall-arti (QS World University Rankings 2022). Gauci studjat ma’ Prof Fali Pavri u Sinae Lee matul l-istudji tagħha fi Glasgow. Hija bdiet tistudja l-mużika lokalment ma’ Gisèle Grima u eventwalment iggradwat b’B.Sc. (Hons.) Pharm. Sc. mill-Università ta’ Malta. Imbagħad kompliet l-istudji tagħha fil-mużika fi Franza ma’ Andrea Corazziari.

Riċentement hija esegwiet il-Piano Concerto in A Minor, Op.16 ta’ Grieg u Saint-Saëns’ Piano Concerto no.2 in G minor, Op. 22 akkumpanjata mill-għalliem tagħha Prof Fali Pavri fi Glasgow.

Matul l-istudji tagħha, Gauci ġiet mistiedna ddoqq f’diversi masterclasses fosthom ma’ Roy Howat, Petras Geniušas, Aaron Shorr, Charles Owen u Mikhail Petukhov.

F’Awwissu li għadda attendiet ġimagħtejn ta’ masterclasses fl-Università Mozarteum f’Salzburg. Gauci ngħatat diversi boroż ta’ studju għall-istudji tagħha barra minn Malta fosthom mil-Malta Arts Scholarships u mil-Janatha Stubbs Foundation. Hija wkoll BOV Joseph Calleja Foundation Scholar.

Il-kunċert se jsir il-Malta Society of Arts, il-Belt Valletta fit-8.00pm u jdum madwar siegħa. Il-biljetti jiswew €10 (+booking fee) u jistgħu jinxtraw esklussivament online minn:

https://shop.trackagescheme.com/event/piano-recital/

Għal aktar informazzjoni dwar il-kunċert: https://artsmalta.org/events/piano-recital-rachel-gauci

Sport