Tuesday, April 23, 2024

Wirja Internazzjonali tal-Qtates mir-Royal Cat Society bejn l-1 u 2 ta’ Ottubru 2022

Aqra wkoll

Ir-Royal Cat Society (VO/2311) qed torganizza Wirja Internazzjonali tal-Qtates fl-1 u 2 ta’ Ottubru 2022. Il-wirja qed issir fl-MCAST Student Hall, Paola, dħul minn Gate 3. Ir-Royal Cat Society hija affiljata mal-World Organization of Cats (WOC).

F’ din il-wirja wieħed jista’ jammira 16-il razza differenti ta’ qtates, b’ 65 eżemplari. Ser ikun hemm żewġ judges barranin biex jiġġudikaw l-eżebiti għall-ewwel 10 postijiet. Id-dħul huwa b’xejn u miftuħ għall-pubbliku mill-10.30am sal-5pm. Nhar il-Ħadd 2 ta’ Ottubru fl-10.30am ser ikun hemm taħdita ta’ informazzjoni minn espert fuq it-trobbija u l-imġiba tal-qtates. Ir-Royal Cat Society tirringrazzja lill-isponsors kollha fosthom Royal Canin, Oasy, Trixie u ħafna oħrajn kif ukoll lill-esebituri u breeders tal-parteċipazzjoni tagħhom.

L-għan tar-Royal Cat Society huwa li tqanqal għarfien, edukazzjoni u apprezzament tal-qtates u t-trobbija tagħhom f’ambjent ta’ ħbiberija u għaqda. Matul il-wirja wieħed jista’ jiltaqa’ mal-esebituri u breeders li qegħdin jipparteċipaw bi ħġarhom f’ din il-wirja internazzjonali affiljata mal-WOC. Għal aktar informazzjoni tista’ taċċedi s-sit tar-Royal Cat Society fuq Facebook.

Sport