Friday, December 27, 2024

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba

Aqra wkoll

Il-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba se tkun qed ittella’ l-programm mużikali tagħha ta’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa permezz ta’ programm fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Wirja La Semana Santa de Espana fl-Imqabba u d-Dramm Kontemporanju tal-Passjoni ‘Imsakkra’.  Il-programm li se jitella’ nhar it-Tlieta, 28 ta’ Marzu fis-7:15pm ġewwa l-Kappella Medjevali ta’ San Bażilju, il-Banda Re Ġorġ V se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro David Agius u se tindaqq mużika relatata ma dawn iż-żminijiet fosthom mużika Spanjola.  Il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. Jose Maria Muriel, ambaxxatur ta’ Spanja għal Malta.

Wara l-programm isir il-ftuħ tal-Wirja La Semana Santa u dramm ‘Imsakkra’ imtellgħin mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija ġewwa s-Sede tas-Soċjeta’.

L-isem li intgħażel għal-kunċert ta’ din is-sena huwa ‘El Capirote’, li huwa l-isem tal-kappell li jintlibes waqt il-purċissjonijiet fi Spanja u li jissimbolizza il-penitenza f’dawn iż-żminijiet.

Dħul għal-kunċert huwa bla ħlas.

Aktar informazzjoni fuq www.facebook.com/santamarija, www.facebook.com/sz.santamarija.mqabba u mezzi soċjali oħra tas-Soċjetà.

Ekonomija

Sport