Hekk kif aktar tard illejla, il-Prim Ministru Robert Abela mistenni jindirizza l-folla minn Ta’ Qali, bosta kienu dawk li ħasbulu kmieni biex jilqugħ.
Fl-ewwel parti ta’ dan ir-rally numru ta’ artisti stabbiliti fosthom Glenn Vella, Olivia Lewis, Amber Bondin, Cherly Balzan, Ozzy Lino, Ziggy u oħrajn qegħdin joffru spettaklu lil dawk preżenti.
Skont l-istħarriġ ippubblikat minn It-Torċa llum, il-Prim Ministru Robert Abela żamm il-konsistenza fil-fiduċja fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech hekk kif illum tiġi fi tmiemha r-raba’ ġimgħa tal-kampanja elettorali.