Monday, November 11, 2024

Kundanna internazzjonali wara l-attakk fuq l-eks PM tal-Pakistan

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Attakk fuq l-eks Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan – li s-segwaċi tiegħu qed jgħidu li kien attentat ta’ qtil – wassal għal kundanna internazzjonali.

Is-Sur Khan, ta’ 70 sena, kellu jiddaħħal l-isptar għall-kura wara li l-Ħamis li għadda safa ferut minn tir ta’ arma tan-nar f’siequ waqt marċ ta’ protesta f’Warzirabad. 

Fl-attakk inqatlet persuna u minn tal-inqas 10 oħra sfaw midruba. Qed ikun irrapportat li Khan jinsab f’kundizzjoni stabbli u possibilment jista’ jkun rilaxxat mill-Isptar fil-jiem li ġejjin. 

L-attakk fuq is-Sur Khan qajjem agħa kbir fil-pajjiż, bil-partit tiegħu, il-Pakistan Tehreek-eInsaf – isejjaħ għal protesti mal-pajjiż kollu. Barra minn hekk, l-iskejjel ingħalqu fil-kapitali Islamabad. 

Il-mexxejja tal-Pakistan ikkundannaw l-attakk fuq l-avversarju tagħhom, bil-President Arif Alvi jsejjaħlu “attentat ta’ qtil faħxi” u l-Prim Ministru Shehbaz Sharif jordna investigazzjoni immedjata.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken appella ukoll għall-kalma u qal: “il-vjolenza m’għandhiex postha fil-politika”. Huwa appella lill-partijiet kollha biex joqogħdu lura mill-vjolenza, il-fastidju u l-intimidazzjoni. 

Sport