Wednesday, July 23, 2025

‘Kuntenta ħafna b’dan l-unur li rbaħt għax niddedika ħafna ħin għat-taħriġ u nħobb nikkompeti’ – Maxine Soler

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-tennis?

Meta kelli sitt snin ommi kienet ħaditni nittrenja t-tennis il-Marsa Sports Club. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq il-fatt li għadek kemm ġejt inkurunata Champion lokali tat-Tennis ta’ taħt it-12-il sena?

Kuntenta ħafna b’dan l-unur li rbaħt għax niddedika ħafna ħin għat-taħriġ u nħobb nikkompeti.

X’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil-karriera tiegħek sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Irbaħt tournaments tal-U10, U12 u l-ġimgħa l-oħra għall-ewwel darba tournament tal-U14. L-akbar suċċess għalija personali kien f’Novembru li għadda meta sirt Champion tal-Italja tal-U11.

Kif tqis il-livell tat-tennis f’pajjiżna fil-preżent?

Tajjeb ħafna!

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Il-faċilitajiet huma ta’ livell għoli.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-tennis?

Nixtieq inkompli nieħu gost kemm jista’ jkun! 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika t-tennis.

It-tennis huwa sport għal qalbi ħafna u li jagħtik ħafna sodisfazzjon!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport