Plejer li qed tikseb suċċess liema bħalu barra minn xtutna hija Maya Lucia li għadha kemm rebhet il-kampjonat Kroat ma’ Osijek. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Maya nnifisha fejn tatna dawn il-kummenti:
“Kuntenta ħafna bl-ewwel trofew tiegħi barra min Malta … huwa unur kbir li żgur ma ninsa qatt.”
“Meta ġejt il-Kroazja u lgħabt kontra Osijek onestament kont imbelħa bil-livell tagħom, u infatti kienet l-iktar logħba diffiċli li lgħabt fiha fi żmieni barra min Malta. Meta urew interess fija kienet xi ħaġa li apprezzajt ħafna, speċjalment għaliex huma team magħruf li diffiċli juru interess fi plejers t’etá iżgħar, normalment jippreferu plejers esperjenzati ferm.”
“X’ħin wasalt sibt ħafna fiduċja mil-kumitat u plejers u b’hekk ħassejt li dan huwa post li nista nikber ferm fih. Sibt plejers u staff li jgħinuni fejn għandi bżonn, u jimmotivawni biex nilgħab il-logħba tiegħi. Huwa importanti ferm għal plejer tal-etá tiegħi li tkun f’ambjent fejn jemmnu fik u jixtiqulek il-ġid – huwa grazzi għal Osijek li dan kien staġun fejn għollejt il-livell tal-logħba tiegħi … għalhekk dejjem se nkun grata ħafna lejhom.”
“Issa għandna moħna fuq it-Tazza tal-Kroazja, bl-iskop li nkomlplu nżidu mal-unuri mirbuħa!”