Jidher li qed isir iktar ikkumplikat it-tiġdid fil-kuntratt tal-attakkant Portugiż Rafael Leao. Hemm intopp rigward dan kollu minħabba kwistjoni finanzjarja. Fil-fatt il-plejer qed jitlob ftehim li jkopri ħames snin bi qligħ ta’ €7 miljun kull staġun. Minkejja kollox, i Rossoneri jridu jagħtu xi flus oħra lill-eks klabbs Lille u Sporting Lisbon bħala parti mill-kuntratt u dan kollu jista’ jkun wisq għat-tim mill-belt ta’ Milan.
Sadanittant, Manchester City u Chelsea jixtiequ jiksbu l-firma ta’ dan l-iskorer prolifiku.