Tuesday, April 30, 2024

Inter se jippruvaw jikkonvinċu lil Milan Skriniar biex jibqa’

Aqra wkoll

Inter se jippruvaw jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lid-difensur Slovakk Milan Skriniar. Hekk kif għalissa ma seħħ l-ebda ftehim mal-player sabiex ikun hemm xi forma ta’ tiġdid fil-kuntratt tiegħu, is-sid Steven Zhang hu lest li jdaħħal idejh fil-but u jżid l-introjtu finanzjarju tan-Nerazzurri.

B’hekk Beppe Marotta u Piero Ausilio jistgħu jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu mar-rappreżentat tiegħu titjib fis-salarju fit-tentattiv li Skriniar jibqa’ parti mit-tim għal iktar snin.

Sport