Thursday, April 18, 2024

AĠĠORNATA: It-tarbija t’erba’ xhur issofri ġrieħi gravi fl-inċident f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Tarbija ta’ erba’ xhur kienet fost persuni li kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ għall-ħabta tas-1:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Għajn Tuffieħa f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz u Skoda Fabia. Il-karozza Toyota Vitz kienet qed tinstaq minn mara ta’ 71 sena residenti l-Imġarr, u passiġġiera fiha kien hemm Ingliża ta’ 19-il sena. 

Is-sewwieq tal-iSkoda Fabia kien Taljan ta’ 45 sena. Fl-istess karozza kien hemm passiġġieri żewġ nisa ta’ 67 u 36 sena, raġel ieħor ta’ 69 sena u tifla ta’ 4 xhur. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u permezz ta’ diversi ambulanzi ttieħdu l-Isptar Mater Dei l-erba’ passiġġiera li kienu fl-iSkoda u s-sewwieqa tat-Toyota, filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu ukoll fuq il-post sabiex jassistu. 

Aktar tard is-sewwieqa tat-Toyota Vitz ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, il-mara ta’ 67 u t-tifla ta’ erba’ xhur li kienu fl-iSkoda ukoll ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ta’ 36 sena u r-raġel ta’ 69 sena sofrew ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport