B’reazzjoni għall-filmat li qiegħed jiċċirkola fejn juri l-intersezzjoni fi Triq San Mikiel fil-Fgura magħluqa għat-traffiku fil-forma ta’ ONE WAY entry minn kull naħa, Transport Malta qiegħda tiċċara li ħadet il-passi meħtieġa fil-konfront tal-kuntrattur li falla milli jneħħi t-tali sinjali.
Transport Malta saħansitra kkonfermat li l-kuntrattur se jkun qiegħed jeħel multa skond kif stipulat fil-kuntratt ta’ bejn l-Awtorità u t-tali kuntrattur.