Sunday, November 24, 2024

Kurt Shaw (Sliema W.) jirbaħ l-Unur tal-Aħjar Plejer ta’ Jannar

Aqra wkoll

B’żewġ wirjiet fejn ġie nnominat bħala l-plejer tal-partita fejn ukoll skorja l-gowls tar-rebħa fiż-żewġ okkażjonijiet, id-difensur ta’ Sliema Kurt Shaw rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2022.

Dawn iż-żewġ gowls ta’ Shaw ipprovdew lil Sliema bl-ewwel żewġ rebħiet tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier 2021-2022 u s-6 punti importanti ħafna biex iżidu t-tama tagħhom li joħorġu miż-żona ta’ relegazzjoni.

Fuq skor ta 0-0 Balzan, Shaw qabeż fuq ballun liberu minn azzjoni ta’ corner biex tefa’ fix-xibka għar-rebħa ta’ Sliema.

Fil-logħba kontra Sirens, Shaw kien l-ewwel fuq il-ballun wara corner ta’ Piciollo fit-58 minuta biex skorja l-uniku gowl tal-partita fejn għeleb lill-goalkeeper għat-tieni rebħa tax-xahar ta’ Sliema, u anke l-istaġun.

Stefan Abela, Manager, Manage, CSR and Communication fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta plakka kommemorattiva lil Shaw fil-preżenza ta’ Matthew Paris, Viċi President tal-Malta Football Association. Il-plejer għażel lil Caritas Malta biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.

Sport