Saturday, December 21, 2024

Kurt Zouma jista’ jittella’ l-qorti wara li ta bis-sieq lill-qattus

Aqra wkoll

Il-player tal-Premier League, Kurt Zouma, jista’ jittella’ l-qorti wara li f’filmat deher “jixxuttja” lill-qattus tiegħu bħallikieku kien ballun, fil-kċina tad-dar tiegħu.

Il-klabb ikkundanna l-azzjonijiet tiegħu u se “jittratta l-kwistjoni internament”.

Id-difensur ta’ West Ham jidher jagħti bis-sieq lill-qattus fil-villa tiegħu waqt li ħuh bed jiffilmjah. 

Bix-xutt li qala’, il-qattus deher jinqata’ minn mal-art. Imbagħad l-istess Zouma deher jiġri wara l-istess qattus fil-kamra tal-ikel quddiem tifel ċkejken filwaqt li ħuh instema’ jidħak. 

Aktar minn hekk, l-internazzjonali Franċiż xeħet ukoll par żarbun fid-direzzjoni tal-qattus li ​b’mod frenetiku pprova jaħrab. Huwa wkoll deher jagħti daqqa ta’ ħarta lill-qattus f’wiċċu.

Iżda mbagħad, meta dan il-filmat ġie pubblikat, Zouma għamel apoloġija għal azzjonijiet atroċi tiegħu fejn qal li dan kien inċident iżolat. 

Huwa qal: “Irrid niskuża ruħi għall-azzjonijiet tiegħi. M’hemmx skużi għall-imġieba tiegħi, li sinċerament jiddispjaċini.”

Ekonomija

Sport