Wednesday, March 27, 2024

Kwalità ta’ ħajja aħjar għall-ħaddiema inġenerali

Il-GWU f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett

Aqra wkoll

Waqt laqgħa li kellha l-amministrazzjoni tal-General Workers’ Union mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett kienu diskussi wħud mill-programmi operattivi tal-fondi Ewropej għal Malta għas-snin 2021-2027, li għadhom kif tnedew ftit ġranet ilu.

Il-GWU qed tara li hekk kif id-dinja tax-xogħol qiegħda tinbidel b’pass mgħaġġel fosthom fejn tidħol l-Intelliġenza Artifiċjali u d-Diġitalizzazzjoni, qed tħalli impatt fuq il-postijiet tax-xogħol hekk kif ma jkunux preparati dejjem għal dan it-tibdil kontinwu kawża’ ta nuqqas ta’ informazzjoni.

YouTube video

Għalhekk, il-GWU faħħret u saħqet fuq l-importanza tal-Fondi ta’ Koeżjoni li tutilizza għat-taħriġ kontinwu tul il-karriera tal-ħaddiema. Hekk kif tħoss li huwa dover tagħha li tindokra lill-ħaddiema u tħeġġiġhom u tgħinhom ikomplu jistudjaw u jimirħu fil-karrieri tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett semma’ aspett partikolari f’dan il-pakkett ta’ fondi, li huwa l-ikbar wieħed fl-istorja ta’ pajjiżna, li se jkun qed jikkonċentra b’mod dirett fuq aċċess dirett lin-nies. Hekk kif il-Gvern irid li l-benefiċċju primarju jmur għand il-ħaddiema u l-familji tagħhom, apparti min-nogozji li jkomplu jifjorixxu.

Fl-aħħar tal-laqgħa ż-żewġ naħat, l-amministrazzjoni tal-GWU komposta mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qablu li jkomplu jaħdmu flimkien biex ikomplu jwettqu programmi u proġetti u skemi biex permezz tagħhom ikomplu jibbenefikaw il-ħaddiema għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-benefiċċju tal-membri u l-ħaddiema inġenerali. 

Ekonomija

Sport