Saturday, December 21, 2024

Kważi 200 persuna għadhom nieqsa wara l-għarar f’Petrópolis

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Temp ħażin qiegħed ixekkel it-tfittxija għal persuni rappurtati nieqsa fil-belt Brażiljana ta’ Petrópolis, erbat ijiem wara għargħar qerrieda u valangi tat-tajn.

Ġie rrappurtat li t-timijiet ta’ emerġenza kellhom jieqfu minn xogħolhom diversi drabi s-Sibt li għadda minħabba xita torrenzjali. Qiegħed jingħad li ftit hemm tama li xi ħadd mill-persuni nieqsa jinstab ħaj.

Uffiċjali qalu li mietu 146 persuna, inkluż minn tal-inqas 27 tifel u tifla u adoloxxenti, filwaqt li 191 għadhom neqsin. Aktar minn 900 persuna qed jinżammu fi skejjel jew f’xelters.

Fl-aħħar sigħat, il-ħaddiema komplew iħaffru bil-pali fit-terrapien filwaqt li timijiet ta’ voluntiera qegħdin ukoll jagħtu l-għajnuna tagħhom. 

“Huwa impossibbli li jiddaħħal makkinarju tqil hawn,” qal Roberto Amaral, kordinatur tal-grupp ta’ salvataġġi speċjali mid-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar lokali. “Mela bażikament irridu naħdmu ftit ftit.”

Ekonomija

Sport