Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta, wettqu kontrolli tat-traffiku madwar Malta u Għawdex.
Waqt dawn il-kontrolli li saru f’diversi lokalitajiet, twaqqfu mat-890 vettura, fejn saru diversi spezzjonijiet dwar regolamenti tat-traffiku u ksur ta’ regolamenti oħrajn li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà u sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, fost oħrajn.