Il-Ħadd, 18 ta’ Diċembru, il-Porsche Club Malta organizza l-attività annwali ta’ karità ma’ Puttinu. L-attività kienet tikkonsisti fil-preżentazzjoni tal-fondi fil-Parkeġġ tal-Università ta’ Malta u wara dawra lejn l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta.
Andrew Spiteri, President tal-Porsche Club Malta, qal li dan kien l-aktar avveniment li għandu għal qalbu l-klabb tiegħu, bl-akbar attendenza u li jintgħoġob mill-membri u sidien oħra tal-Porsche peress li dan l-avveniment huwa miftuħ ukoll għas-sidien tal-Porsche li mhumiex membri tal-klabb. Probabbilment minħabba l-interazzjoni mat-tfal minn Puttinu.
Inġabret somma rekord ta’ €18,742. €2,400 inġabru lbieraħ filgħodu, €10,000 minn kalendarju stampat mill-klabb, u €6,000 oħra waqt diversi avvenimenti oħra.
Fl-aħħar, Andrew Spiteri rringrazzja lil Transport Malta talli pprovdiet servizz ta’ skorta għal dan l-avveniment, il-Malta National Aquarium li kull sena jaċċetta li jilqa dawn t-tfal, lill-kumitat ħabrieki tiegħu iżda fuq kollox, lil dawk kollha wara, Puttinu.