Tuesday, April 30, 2024

Cristiano Ronaldo jibqa’ sieket għas-suċċess ta’ Lionel Messi

Aqra wkoll

Wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja mill-Arġentina u minn Lionel Messi, l-attenzjoni kienet ukoll fuq ir-rival etern tiegħu, l-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo, li bosta kienu dawk li stennew ir-reazzjoni tiegħu.

Iżda Ronaldo, li huwa l-iktar bniedem segwit fuq il-pjaneta permezz tal-media soċjali, baqa’ sieket u ma ta l-ebda kummenti wara li Messi kien l-ispirazzjoni ewlenija biex għen lit-team tiegħu f’dan is-suċċess mondjali.

Huwa skorja żewġ goals fid-draw ta’ 3-3 kontra Franza iżda mbagħad skorja l-ewwel goal fl-għoti tal-penalties biex l-Arġentina ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2.

Il-partitarji madwar id-dinja qed jgħidu li l-konfront tal-Ħadd bejn l-Arġentina u Franza se  jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala wieħed mill-aqwa ta’ kull żmien.

Ronaldo – li għandu ‘l fuq minn 780 miljun segwaċi fuq il-media soċjali – ma kiteb xejn fuq Instagram, Twitter jew Facebook biex jikkummenta dwar il-finali. Huwa baqa’ sieket ukoll biex jifraħ lil Messi.

Ħafna kienu dawk li kkummentaw li s-silen­zju ta’ Ronaldo għamel wisq ħoss … u li issa ma jistax iqis lilu nnifsu fil-livell ta’ Messi minħabba li dan tal-aħħar għaqqad il-vetrina personali tiegħu bl-unuri kollha.

Issa l-Portugiż ma jistax jirbaħ din it-Tazza għax din l-edizzjoni kienet l-aħħar waħda tiegħu.

Sport