Lucia Salcone, mara ta’ 47 sena mietet f’inċident tat-traffiku f’San Severo fl-Italja. Kollox kien jindika li hija mietet b’mod aċċidentali, iżda fl-aħħar sigħat żewġha ġie arrestat fejn se jkun akkużat bil-qtil ta’ martu.
Ciro Caliendo ta’ 48 sena ġie arrestat wara li l-investigaturi sabu provi ġodda fejn jidher li kien hu li kkawża dan l-inċident biex b’hekk joqtol lil martu.
Il-każ kien seħħ fis-27 ta’ Settembru tal-2024. Dakinhar il-kaorzza li kienet fiha Lucia ħadet in-nar wara li ħabtet weħidha. Konsegwenza ta’ dan hija spiċċat inħarqet fil-karozza tagħha stess.
Wara li komplew l-investigazzjonijiet, ġie stabbilit li l-karozza ħabtet wara li ħadet in-nar u dan l-każ kien kollu maħluq minn żewġ stess. Issa Caliendo se jkun qiegħed jitressaq il-qorti akkużat bi qtil, liema akkużi hu qiegħed jiċħad.

