Saturday, December 28, 2024

Kważi żewġ miljun ewro għal widien f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex għandu kważi żewġ miljun ewro f’fondi biex jitnaddfu l-widien u anke jsir xogħol ieħor fuqhom.

Dan ħareġ minn Mistoqsija Parlamentari li l-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri wieġeb lil Onor Chris Said.

Il-Ministru Schembri qal li l-Ministeru għal Għawdex applika għal dawn il-fondi taħt il-programm M4.4.121 – Rehabilitation of Gozo’s Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities 2014-2020 biex b’hekk il-widien f’Għawdex jingħataw id-dinjità li jixraq.

Il-proġetti għal widien li ġew sottomessi kollha ġew aċċettati.

Il-widien li se jibbenefikaw minn dawn il-fondi huma, il-Wied tax-Xlendi, Wied tal-Grazzja, Wied ta’ Mġarr ix-Xini, Wied Riħan, Wied ta’ Grajgel/Daħlet Qorrot, Wied il-Wileġ, Wied tax-Xħajma, Wied Imġarr, il-Wied ta’ Marsalforn, Wied tal-Ort, Wied l-Infern, Wied il-Kbir.

Ekonomija

Sport