Tuesday, April 30, 2024

Kyiv attakkata wara diversi xhur … Putin jhedded li mhux se jżomm lura

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Ukreni ħabbru li minn tal-inqas tmien persuni nqatlu u oħrajn ndarbu f’attakk f’Kyiv li seħħ biss ftit jiem wara l-isplużjoni fuq il-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-Krimea.

Minbarra Kiev ġew attakkati wkoll l-bliet ta’ Zaporizhzhia, Lviv u Dnipro bil-kmandant Ukren Valeery Zaluzhny jgħid li b’kollox ir-Russja sparat 75 missila. Skont l-awtoritajiet Ukreni, 40 minnhom ġew interċettati.

Diversi karozzi ħadu n-nar filwaqt li oħrajn sofrew ħsarat oħra fl-attakk mifhum li kien l-ewwel wieħed fuq Kiev wara diversi xhur.

Il-President Russu, Vladimir Putin mistenni jindirizza lill-kunsill tas-sigurtà tar-Russja biex jiddiskutu s-sabutaġġ fuq il-pont li huwa ddeskriva bħala “att terroristiku”. Intant illum huwa wissa’ li jekk se jkomplu l-attakki fuq ir-Russja, min-naħa tagħhom huma se jkunu qegħdin jattakkaw bl-aħrax.

Sport