Sunday, November 24, 2024

Kyle Micallef u Dario Mifsud jikkompetu fil-finali Dinjija tal-Karting, fl-Italja

Aqra wkoll

Wara li ġew solvuti xi problemi tekniċi inizjali, Kyle Mercieca u Dario Mifsud saqu mal-aqwa sewwieqa tad-dinja.

Kyle Mercieca spiċċa biss 0.60 sekondi miċ-champion tad-dinja fil-finali B b’seba’ qabżiet fl-aħħar tliet dawriet.

Dario Mifsud mar tajjeb ħafna fil-klassi Mini, meta wieħed iqis li din kienet l-ewwel tiġrija tiegħu barra minn Malta u ta’ kalibru internazzjonali, mal-aktar sewwieqa veloċi fid-dinja. Mifsud mar tajjeb ħafna fl-ewwel dawriet fil-heats kollha, għamel diversi qabżiet, iżda eventwalment, in-nuqqas ta’ esperjenza kien evidenti.

Fiż-żewġ kategoriji, b’Kyle Mercieca fl-X30 Senior u Dario Mifsud fl-X30 Mini, iż-żewġ sewwieqa saqu b’chassis CRG li rrispondew tajjeb ħafna għas-setups li kellhom. Mercieca u Mifsud tgħallmu ħafna minn din l-esperjenza dwar kif għandhom isegwu liċ-champions kbar fid-dinja tal-karting.

Is-sewwieqa kienu appoġġati minn NGM Racing, it-tim tal-fabbrika CRG, Keith Micallef, Mark Mercieca, filwaqt li kollox kien kkoordinat mill-manager ta’ R33 CRG Racing Team Malta Rueben Mifsud.

Sport