Isem Kyle Walker issemma’ mhux ftit f’dawn l-aħħar ġimgħat meta xi tabloids Ingliżi żvelaw li kellu aktar minn relazzjoni waħda ta’ mħabba.
Wara diversi jiem fi skiet, id-difensur ta’ 33 sena tkellem għall-ewwel darba dwar dak li għadda f’dawn l-aħħar ġimgħat u t-tpaċpiċ, xi ftit iżżejjed li sar fil-konfront tiegħu.
Walker qal li jassumi r-responsabbilta’ kollha għal dak li għamel u sostna li jammetti li żbalja. Hu qal li xejn ma jinsab kuntent għal dak li għamel u talab skuża pubblika lil martu Annie li bħalissa għaddejja minn mument ikrah ferm.
Hu qal li rċieva ħafna insulti u kliem xejn dekoruż fuq il-midja soċjali tiegħu iżda qal li kliem ta’ firda aktar jiggrava s-sitwazzjoni.