Saturday, May 18, 2024

Min se jkun il-kowċ li jmiss ta’ Barcelona?

Aqra wkoll

Hekk kif fil-jiem li għaddew, il-kowċ ta’ Barcelona, Xavi Hernandez, ħabbar li se jkun qed jitlaq din il-kariga fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, diġa’ bdew ix-xnigħat dwar min jista’ jkun fit-tmun tal-Katalani f’Ġunju li ġej.

Li hu żgur hu li l-president ta’ Barcelona Joan Laporta aċċetta li l-kuntratt ta’ Xavi jiġi xolt fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

S’issa l-ġurnali Katalani qed isemmu tliet kowċis li potenzjalment jistgħu jmexxu lil Blaugrana u dawn huma Mikel Arteta, Thiago Motta u Hansi Flick. Dan tal-aħħar jidher li hu favorit minħabba li anke fis-sena 2021, Laporta kien qed ifittxu sabiex ikun hu li jmexxi lil Barcelona.

Sport