Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, żvela li d-difensuri Kyle Walker u John Stones jistgħu jilagħbu kontra Aston Villa fl-aħħar ġurnata tal-istaġun tal-Premier tal-Ħadd.
Il-manager Spanjol żvela aktar kmieni dan ix-xahar li ż-żewġ players se jitilfu l-bqija tal-istaġun minħabba injuries rispettivi fl-għaksa u fil-muskoli.
Madankollu, kemm Walker kif ukoll Stones ħadu sehem fit-taħriġ nhar il-Ġimgħa, u Guardiola ipprovda aġġornament pożittiv dwar dawn iż-żewġ players qabel il-konfront tagħhom li se jkun qed jiddeċiedi t-titlu kontra Aston Villa fl-Etihad Stadium.