Thursday, July 16, 2026
Home Sport William Saliba jrid jibqa’ ma’ Marseille

William Saliba jrid jibqa’ ma’ Marseille

0
767

Id-difensur ċentrali ta’ Arsenal, William Saliba, qal lil Marseille li jrid jibqa’ fil-club wara t-tmiem tal-esperjrnza ta’ self tiegħu.

Il-Gunners ħallsu £27m biex iffirmaw liż-żagħżugħ mingħand Saint-Etienne fl-2019, iżda għad irid jingħata d-debutt tiegħu mal-ewwel team mal-club.

Saliba impressjona b’self ma’ Nice matul it-tieni nofs tal-istaġun 2020-21, iżda Mikel Arteta ma qiesx li l-internazzjonali Franċiż lest biex imur jilgħab fil-Premier League.