Ġurnali Franċiżi qed jispekulaw li l-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe jinsab xi ftit jew wisq fi kriżi hekk kif ilu ma jsib ix-xibka sa mis-19 ta’ Settembru li għadda.
Fil-verita’ hu ilu erba’ logħbiet ma jkollu s-sodisfazzjon tal-gowl bil-ġurnalisti li qed jgħidu li dan kollu jista’ jfisser ħafna fiż-żmien tiegħu li qed iqatta’ f’Pariġi.
Minkejja kollox, il-kowċ ta’ Paris St Germain Luis Enrique iddefenda lil Mbappe meta qal li għalkemm ma skorjax, hu ħoloq diversi assists lejn sħabu.
Mbappe mistenni jitlaq lil PSG fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.