Monday, May 13, 2024

Salernitana viċin li jkeċċu l-kowċ

Aqra wkoll

Wara t-telfa diżappuntanti ta’ 3-0 li Salernitana sofrew kontra Monza fil-kampjonat Taljan, il-kowċ Paulo Sousa jinsab ferm viċin li jiġi mneħħi mill-president Danilo Iervolino.

Wara staġun mill-isbaħ fejn irnexxielhom isalvaw posthom fl-ogħla kampjonat Taljan, l-affarijiet xejn m’huma sejrin tajjeb matul dan l-istaġun hekk kif it-tim min-naħa t’isfel tal-Italja jinsab fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika bi tliet punti minn tmien logħbiet.

Il-ġurnali Taljani qed isemmu lil Filippo Inzaghi li jinsab favorit li jmexxi lil dan it-tim sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport