Sunday, November 24, 2024

Kylian Mbappe jagħti rebħa lil Paris SG fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Kyian Mbappe, kien providenzjali għal Paris St-Germain meta skorja l-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud biex barra minn darhom għelbu lil Brest bl-iskor ta’ 2-1 li qed jiġġieldu kontra r-relegazzjoni.

Din ir-rebħa xejn konvinċenti waslet wara l-eliminazzjoni tal-Pariġini mill-UEFA Champions League meta fl-Aħħar 16 huma tilfu bl-aggregate ta’ 3-0 kontra Bayern Munich.

Kien Carlos Soler (37) li fetaħ l-iskor għal viżitaturi iżda minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima Brest kisbu d-draw permezz ta’ Franck Honorat.

Fit-tieni taqsima, għalkemm kienu l-aħjar team ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja sakemm fil-91 minuta, Lionel Messi għadda lejn Kylian Mbappe li dar mal-goalkeeper avversarju u xeħet fix-xibka.

Sport