Monday, April 29, 2024

Kylian Mbappe jilħaq ir-rekord ta’ Pelé

Aqra wkoll

Bid-doppjetta li skorja fir-rebħa ta’ 2-1 fuq id-Danimarka, l-attakkant ta’ Franza, Kylian Mbappe, laħaq ir-rekord tal-leġġendarju Brażiljan, Pelé.  

Matul l-edizzjoni tal-2018, l-attakkant imwieled f’Pariġi, kien laħaq rekord ieħor li kien qed jitgawda minn Pelé li huma l-uniċi żewġ ado­loxxenti li skorjaw f’finali tat-Tazza tad-Dinja. Dan ir-rekord kien ilu jitgawda mill-Brażiljan waħdu għal 64 sena. 

Filwaqt li Pelé skorja fir-rebħa ta’ 5-2 tal-Brażil fuq l-Isvezja, nhar id-29 ta’ Ġunju, 1958, Mbappe skorja fir-rebħa ta’ 4-2 fuq il-Kroazja, nhar il-15 ta’ Ġunju, 2018.

Proprju nhar is-Sibt li għadda, l-attakkant Franċiż skorja żewġ goals kontra d-Danimarka biex sar it-tieni player, wara Pelé, li skorja seba’ goals fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja qabel l-etá ta’ 24 sena. 

Sport