Kylian Mbappe jrid ikun il-captain tat-team Franċiż meta l-goalkeeper Hugo Lloris jirtira mix-xena internazzjonali.
Huwa kien wieħed mill-aktar players li ntlaqtu ħażin bit-telfa tat-Tazza tad-Dinja meta sfaw megħluba mill-Arġentina 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li spiċċaw fi draw ta’ 3-3.
L-attakkant ta’ 23 sena deher diżappuntat immens waqt li l-iskwadra Franċiż sellmet lill-partitarji fi Place de la Concorde u fuq il-media soċjali aċċerta li Franza se tirkupra minn dan id-diżappunt u se tkun qed tiġġieled għal kull unur internazzjonali.
Huwa stqarr ukoll li jixtieq imexxi lil Franza fl-ogħla livelli meta l-captain Hugo Lloris jiddeċiedi li jirtira mit-team nazzjonali.
L-attakkant ta’ Paris St-Germain irid iħalli l-marka tiegħu fit-team nazzjonali hekk kif qed jimmiraw li jikser ir-rekord tal-aqwa skorer ta’ kull żmien tat-Tazza tad-Dinja. Huwa diġá skorja 12-il goal f’żewġ edizzjonijiet … erbgħa inqas mill-Ġermaniż Miroslav Klose li skorja 16 fi tliet edizzjonijiet.