Kylian Mbappe kien qed jikkunsidra li jirtira mill-iskwadra nazzjonali Franċiża minħabba li, skond hu, l-FA Franċiża ma appoġġatux biżżejjed dwar ir-razziżmu fil-football.
Skond rapporti fi Franza, Mbappe kellu laqgħa mal-president tal-Federazzjoni Franċiża, Noel Le Graet, fejn tkellmu dwar ir-razziżmu u l-player ma ħassux appoġġat biżżejjed.
Huwa qal: “Għall-ewwel ħsibt li ma nistax nilgħab għal nies li jaħsbu li jien xadina. Iżda mbagħad wara li qgħadt nirrifletti, emmint li dan ma kienx il-messaġġ it-tajjeb li nista’ nibgħat … għax jien irrid inkun ta’ eżempju għal kulħadd.
“Din hija Franza l-ġdida. … Huwa għal hekk, li jien ma nċedix lit-team nazzjonali. Għax dan huwa messaġġ lill-ġenerazzjoni żagħżugħa li tgħid, ‘Aħna aktar b’saħħitna minn hekk’.”
Huwa spjega wkoll kif Emmanuel Macron sejjaħlu f’diversi okkażjonijiet biex iwaqqfu milli jitlaq lil Paris SG għal Real Madrid:
“Macron ċempilli u qalli, – ‘Naf li trid titlaq. Irrid ngħidlek, int importanti wkoll fi Franza. Ma rridx li titlaq. Għandek opportunità tikteb l-istorja hawn. Kulħadd iħobbok’.
“Bla dubju, apprezzajt dan il-kliem mingħand il-president Franċiż.”