Saturday, October 19, 2024

Kylian Mbappe: se jibqa’ ma’ Paris SG?

Aqra wkoll

Paris St Germain għadhom qed jaraw x’se jkun il-futur tal-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe u jekk hux lest li jibqa’ għat-12-il xahar li ġejjin.

Minkejja kollox, il-Pariġini ma jistgħux iħallu l-bajtra taqa’ f’ħalqhom hekk kif qed jaħsbu sabiex iġibu skorer prolifiku ieħor ġaladarba Mbappe jiddeċiedi li ma jibqax.

Id-diriġenti Franċiżi għadhom qed jevalwaw bejn Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur u Victor Osimhen ta’ Napoli. Kollox jista’ jiġi deċiż saħansitra fil-jiem li ġejjin hekk kif PSG iridu risposta definittiva mingħand Mbappe.

Sport