Friday, July 24, 2026
Home Sport PSV imħajrin għal Charles De Ketelaere

PSV imħajrin għal Charles De Ketelaere

0
375

PSV Eindhoven qed jaħsbu sabiex iġibu fuq bażi ta’ self lill-midfielder offensiv ta’ AC Milan Charles de Ketelaere. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u mar-Rossoneri mhux li tant ibbrilla tant li qatt ma rnexxielu jiskorja gowl fi 32 dehra.

L-għażla ta’ PSV tista’ tkun li jmur magħhom bħala self, aktar u aktar għax il-budget finanzjarju tagħhom diġa’ kważi spiċċa wara li akkwistaw lil Pepi u Noa Lang.

De Ketelaere għamel żmien ukoll jilgħab ma’ Club Brugge fil-Belġju.