Kylian Mbappe se jiffirma uffiċjalment il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.
Il-ftehim tal-internazzjonali Franċiż ma’ Paris Saint-Germain għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u huwa għadu marbut ħafna ma’ ċaqliq għall-Bernabeu bi free transfer.
PSG ilhom jippruvaw jikkonvinċu lill-attakkant biex jiffirma termini ġodda fil-kapitali Franċiża iżda jidher li issa ġew sfurzati jammettu li mhux se jirnexxielhom jagħmlu dan.
Real Madrid huma fiduċjużi li Mbappe se jiffirma l-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, biex jagħlaq is-saga li ilha għaddejja.
‘In-negozjati intensifikaw’ minn meta l-Los Blancos eliminaw lil PSG miċ-Champions League il-ġimgħa li għaddiet, biż-żewġ goals ta’ Mbappe fiż-żewġ legs mhux biżżejjed biex jikkwalifikaw lit-team tiegħu.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena se jaqla’ €25m kull staġun wara t-taxxa, filwaqt li jista’ jirċievi bonus ta’ bejn €60m u €80m biex jingħaqad mal-club.
Mbappe reġa’ kien f’forma mill-aqwa għall-club Franċiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 25 goal u rreġistra 17-il assist f’35 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.