Issa hi uffiċjali! Kylian Mbappe u Paris St Germain huma ferm viċin li jisseparaw u jmorru f’toroq differenti.
Wara li l-attakkant internazzjonali Franċiż ġie eskluż mill-kowċ Luis Enrique mit-tim li vvjaġġa lejn l-Asja, l-ogħla awtoritajiet Franċiżi neħħew lil Mbappe mis-sit elettroniku uffiċjali tal-klabb. Fil-fatt fejn qabel kien jidher ir-ritratt tiegħu kif tidħol fis-sit, dan tneħħa u mhux qiegħed lanqas imsemmi fil-lista tal-plejers preżenti.
Sadanittant anke Marco Verratti jista’ jħalli l-belt kapitali Franċiża bid-destinazzjoni li tista’ tkun l-Arabja Sawdija, dik li probabbilment se tkun ukoll ta’ Mbappe.