Friday, July 24, 2026
Home Sport Gennaro Gattuso jsellem lil Gigi Buffon

Gennaro Gattuso jsellem lil Gigi Buffon

0
370

L-eks midfielder offensiv u llum kowċ, Gennaro Gattuso, sellem lill-gowlkeeper Gianluigi Buffon li jumejn ilu ħabbar li se jirtira mill-futbol.

Gattuso, li lagħab ma’ Buffon għal diversi drabi u kien parti mit-tim li rebaħ it-tazza tad-dinja 2006 f’Berlin, qal li dan l-eks gowlkeeper ta’ Parma, Juventus u Paris St Germain kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna u motivatur enormi.

Gattuso qal li minkejja li ħafna drabi kienu avversarji, dejjem raw rispett lejn xulxin u din il-ħbiberija mhu se tispiċċa qatt.