Friday, July 24, 2026
Home Sport Luis Alberto barra mill-iskwadra għal-logħba kontra Aston Villa

Luis Alberto barra mill-iskwadra għal-logħba kontra Aston Villa

0
331

Il-midfielder ta’ Lazio Luis Alberto mhux se jieħu sehem fil-partita ta’ ħbiberija tal-lejla kontra Aston Villa. Fil-verita’ hu ma marx f’Birmingham mal-bqija tat-tim minħabba inċertezza żgħira personali li kienet tinvolvi offerta minn klabb mill-Arabja Sawdija.

Luis Alberto, li hu plejer Spanjol, tkellem mad-diriġenti fejn qal li jixtieq jibqa’ jilbes il-flokk Biancoceleste għalkemm xtaq li jingħata ftit ċans jirrifletti dwar dan kollu.

Luis Alberto ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2016 fejn lagħab 209 partiti u skorja 42 gowl.