Real Madrid jinsabu viċin li jiffinalizzaw l-iffirmar tal-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe.
Wara li ħareġ li l-ġganti Spanjoli kienu għamlu offerta formali għall-player aktar kmieni din il-ġimgħa, iż-żewġ clubs skambjaw kliem li ssuġġerixxa li l-iffinalizzar ta’ ftehim kien se jkun wieħed diffiċli.
Madankollu, jingħad li l-Los Blancos tejbu l-offerta tagħhom għal €170m flimkien ma’ €10m f’bonuses, termini li realistikament ikollhom jiġu kkunsidrati mill-kontropartijiet tagħhom ta’ PSG.
Il-club Franċiż mistenni jaċċetta formalment dik l-offerta illum, u joħloq il-possibbiltà li Real Madrid iħabbru l-akkwist ta’ da nil-player aktar tard matul il-ġurnata.
Minħabba x-xewqa dokumentata sew ta’ Mbappe li jagħmel il-bidla għall-Bernabeu, it-termini personali huma mistennija li jkunu formalità.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena fadallu inqas minn 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu fil-Parc des Princes, u kollox qed jindika li huwa pass ‘il bogħod milli jingħaqad ma’ Real Madrid.